Lokali

Riċeviment f’għeluq snin il-Kap tal-PN Simon Busuttil

Għada l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jagħlaq sninu

Ilbieraħ filgħaxija, numru kbir ta’ nies attendew ir-riċeviment organizzat f’għeluq snin il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Għal din l-okkażjoni, attendiet ukoll Kristina Chetcuti u l-kumplament tal-familja ta’ Simon Busuttil biex jiċċelebraw dan il-jum speċjali lkoll flimkien. Preżenti wkoll fis-sala kien hemm d-deputati u kandidati f’isem il-Partit Nazzjonalista u anke numru kbir ta’ partitarji biex jawguraw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Waqt l-attivita’ li saret fil-lukanda Excelsior, Simon Busuttil rringrazzja b’mod speċjali lill-familja tiegħu għas-sostenn li jagħtuh matul il-vjaġġ politiku tiegħu. Kompla billi rringrazzja wkoll lid-deputati Nazzjonalisti u anke lill-partitarji kollha li matul is-sena kollha jagħtu l-appoġġ tagħhom u dejjem kienu hemm meta pajjiżna sejħilna.

Għada, fl-20 ta’ Marzu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jagħlaq 48 sena. NET News jawgura lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil l-isbaħ xewqat.

Ritratti: Kenneth Azzopardi