Lokali

Fil-lejl ta’ San Patrizju – jiġu arrestati 3 persuni b’pussess ta’ droga

Nies miġbura f'San Ġiljan
Tliet persuni arrestati b'pussess ta' droga kokaina

Il-Ġimgħa filgħaxija, fil-lejl tal-festa ta’ San Patrizju, il-Pulizija arrestat tliet persuni f’Paceville b’pussess ta’ droga.

Il-persuni, li l-eta` tagħhom tvarja bejn l-20 u s-46 sena, instabu fil-pussess ta’ sustanza suspettata kokaina. Wieħed mill-persuni instab ukoll fil-pussess ta’ numru ta’ qratas bl-istess sustanza u ser jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.