Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li jgħid x’jgħid Joseph Muscat, hu l-partit tiegħu l-uniku wieħed li qed jikser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, għal numru ta’ raġunijiet, fosthom:
- li hu l-uniku partit li ma rreġistrax bħala partit politiku skont il-liġi;
- li hu l-uniku partit li għadu qed jaħbi l-lista ta’ donazzjonijiet li rċieva u li għadu qed jirċievi;
- li għandu l-ogħla uffiċjali tiegħu u preżentaturi fuq il-media mħallsa mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi;
- li għadu qed jisraq 30 każin madwar Malta u Għawdex mingħand il-familji;
- li uża l-Palazz tal-Girgenti għal attivitajiet partiġġjani.
Minn naħa l-oħra, l-Partit Nazzjonalista stqarr fl-istess stqarrija, li tant hu trasparenti, li ppreżenta l-lista ta’ donazzjonijiet li rċieva mal-Kummissjoni Elettorali, kif ukoll kien hu li żvela x’donazzjonijiet irċieva mingħand il-kumpaniji li hu nvolut fihom Silvio Debono, kif ukoll x’inhu l-valur tar-relazzjoni kummerċjali ta’ sponsorship ta’ programmazzjoni li għandhom mal-kumpanija Media.link Communications.
//= $special ?>