Rapport: Kenneth Vella
L-aktar tiġrija mistennija li saret ilbieraħ fil-korsa tal-Marsa kienet il-finali tal-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din il-finali mirbuħa minn Mad Neo u Noel Baldacchino għamlet parti mit-tmien laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet tat-trott. Barra din il-finali, il-programm inkluda wkoll tiġrija normali tal-klassi Premier.
Fil-finali Gold ġrew b’kollox tnax-il żiemel. Kif mistenni, id-Daniż Remain Garbo (Charles Camilleri) kien l-aktar żiemel veloċi wara li ngħata l-bidu uffiċjali. Matul l-ewwel metri dan fetaħ vantaġġ żgħir minn Tom De Grez (Michael Ellul) u Ubu Du Metz (Rodney Gatt). Madanakollu t-tiġrija ħadet żvolta oħra matul l-aħħar 600m tagħha. Kien dak il-ħin li Remain Garbo beda jnaqqas mill-pass u dlonk inqabeż minn numru ta’ żwiemel, fosthom minn Mad Neo (Noel Baldacchino) u Tempo Boy (Clint Vassallo) li offrew dwell eċċitanti sal-linja finali.
Kien Mad Neo li eventwalment ħa t-tieni rebħa tal-istaġun f’din il-finali, b’Uther Paradise (Julian Farrugia) u Sultan De Renier (Patrick Spiteri) itemmu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. Fi tmiem din il-finali, Andrew Grech, f’isem l-isponsors ippreżenta t-trofew lil Noel Baldacchino u Angelo Bonello, is-sewwieq u s-sid rispettivament taż-żiemel rebbieħ.
Fl-uniku tiġrija tal-klassi Premier, il-kwotat September (Clifferty Calleja) okkupa l-ewwel pożizzjoni għal kważi d-distanza kollha. Hu rnexxielu jieħu t-tieni rebħa konsekuttiva u f’Malta faċilment b’vantaġġ ta’ tul u nofs minn Power To Be (Charles Camilleri) u Royal De Vaiges (David Ellul). Spirit Des Logos (Carmelo Agius) kellu wkoll pjazzament pożittiv.
Il-kumplament tat-tiġrijiet kienu riservati għal żwiemel mill-klassi Gold, Bronze u Copper. Fl-ewwel minn żewġ tiġrijiet tal-klassi Gold, Vikens Hot Lips (Jesmar Gafà) ċediet f’nofs id-dritta finali meta nqabżet fost l-oħrajn minn U. Two Swing (Raymond Cassar) li temm rebbieħ minn Ton Reve L’Eman (Anton Cassar). Palazio Valterne (Noel Baldacchino) temm ir-raba’. Sprint qawwi fid-dritta finali tat-tieni tiġrija normali Gold wassal lil Warica (Rodney Gatt) biex tieħu t-tieni rebħa tas-sena. Dan minn Supercool Langkjaer (Anton Pace), High Stage (Marco Refalo) u Ronson Cloc (Carmelo Farrugia).
Ir-rizultati kollha
I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Coup De Vent (M. Axisa) Ħin – 2.46.5” (1.17.8”) 2. Bolide Boy Honey (J. Gafa’) 3. Bison Deladou (M. Fenech) 4. High Handed (T. Demanuele)
II Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Baptiste Menuet (M. Desira) Ħin – 2.50.3” (1.19.6”) 2. Enjos TS (R. Gatt) 3. Bibiche De Brevol (C. Farrugia) 4. Simb Tyrant (F. Tanti)
III Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Ricciola Jet (M. Ellul) Ħin – 2.48.4” (1.18.7”) 2. Reader JYL (N. Baldacchino) 3. Ravageur De Payre (C. Caruana) 4. Dream Of Dupa (C. Vassallo)
IV Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Bouquet Des Champs (N. Baldacchino) Ħin – 2.47.8” (1.18.4”) 2. Cross Country F.C. (J. Vella) 3. Quo Vadis Phedo (R. Mallia) 4. Tango Argentin (M. Ellul)
V Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. U. Two Swing (R. Cassar) Ħin – 2.49.6” (1.19.3”) 2. Ton Reve L’Eman (A. Cassar) 3. Vikens Hot Lips (J. Gafa’) 4. Palazio Valterne (N. Baldacchino)
VI Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Simb Justintime (J. Said) Ħin – 2.49.1” (1.19”) 2. Akemi (R. Magro) 3. Salvador Vrie (J. Pace) 4. Lord Indika (J.P. Polidano)
VII Tiġrija Finali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Mad Neo (N. Baldacchino) Ħin – 2.41.7” (1.15.6”) 2. Tempo Boy (C. Vassallo) 3. Uther Paradise (J. Farrugia) 4. Sultan De Renier (P. Spiteri)
VIII Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Warica (R. Gatt) Ħin – 2.43.7” (1.16.5”) 2. Supercool Langkjaer (A. Pace) 3. High Stage (M. Refalo) 4. Ronson Cloc (C. Farrugia)
IX Tiġrija Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. September (C. Calleja) Ħin – 2.45” (1.17.1”) 2. Power To Be (C. Camilleri) 3. Royal De Vaiges (D. Ellul) 4. Spirit Des Logos (C. Agius)
X Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Janitor (J. Farrugia) Ħin – 2.47.8” (1.18.4”) 2. Eelco Edel (S. Schembri) 3. Upaveda (I. Stivala) 4. Tact Du Hautvent (R. Magro)
“Tiġrija kienet veloċi kif xtaqtha” – Noel Baldacchino, sewwieq Mad Neo
Mitlub jikkummenta dwar ir-rebħa ta’ Mad Neo fil-finali Gold, is-sewwieq Noel Baldacchino qal li t-tiġrija kienet veloċi, kif stenniha u kif xtaqha hu. “Kont naf li Tempo Boy hu żiemel b’saħħtu u kif rajtu jmur quddiem matul l-aħħar kurva ħassejt li ma kellix nafdaw. Kien għalhekk li mort warajh mill-ewwel u fl-aħħar irnexxieli wkoll naqbżu,” qal Baldacchino.
//= $special ?>