Wara li kien eliminat kmieni mit-tournament tal-Indian Wells, aħbar ħażina oħra għal Andy Murray hekk kif ġie konfermat li se jirtira mill-Open ta’ Miami minħabba li weġġa’ l-minkeb.
“Sfortunatament minħabba uġigħ fil-minkeb, mhux se nilgħab f’Miami. Niskuża ruħu mal-partitarji għaliex hu wieħed mit-tournament favoriti tiegħi. L-attenzjoni tiegħi issa hu li nkun lest għall-istaġun fejn nikkompeti fuq it-tafal,” qal Murray.
Għadu mhux magħruf kemm Murray se jdum barra, qabel ma’ jibdew il-logħob fuq it-tafal, bl-Open ta’ Franza jkun il-kulminu ta’ dawn il-logħob. Hu kien eliminat mill-Indian Wells kmieni l-ġimgħa l-oħra fil-partita tal-ftuħ, b’telfa xokkanti kontra s-sid numru 129 fid-dinja Vasek Pospisil.
Din is-sena għadha ma bdietx tilħaq is-sena 2016 brillanti li kellu Murray hekk kif irnexxielu jitla’ fl-ewwel post tar-rankings fid-dinja wara li qabeż lil Novak Djokovic. Din is-sena, Murray tilef ukoll fl-aħħar 16 tal-Open tal-Awstralja kontra Mischa Zverev.
//= $special ?>