Matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, raġel inqabad fuq filmat jiżgassa l-bieb ta’ ħanut fejn daħal jisraq ħanut tal-għodda f’Birkirkara.
A.A.K Grech Bros Ltd tellgħu filmat fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook fejn appellaw li jekk jarfu lill-attur tas-serqa jirrapurtaw din l-informazzjoni, jew kull informazzjoni relatata lill-għassa tal-Pulizija f’Birkirkara.
Fil-filmat jidher raġel jagħti bis-sieq mal-bieb – fejn daħal jiġri ġol-ħanut u mar wara l-bank tal-bejgħ. Wara ir-raġel deher ħiereġ minn ġol-ħanut b’kaxxa kbira.
Ir-raġel kien liebes ġakketta bil-kappa, u għandu leħja ta’ lewn skur.
//= $special ?>