Il-qawwiet tas-sigurtà tal-Gvern Sirjan, bħalissa, għaddejjin bi ġlied aħrax mar-ribelli fil-limiti tal-kapitali Damasku, lejn il-Lvant.
Waqt il-battalji spikkaw il-bumbardamenti bl-artillerija u missili li laqtu l-qalba ta’ Damasku, fost attakk sorpriża mir-ribelli li jridu jwaqqgħu lill-President Sirjan, Bashar al-Assad.
Kien hemm ukoll sitwazzjoni fejn ribellitajjru vetturi-bomba fid-distrett ta’ Jobar qabel ippruvaw jassedjaw il-pożizzjonijiet tad-difiża tal-Gvern. L-istampa Sirjana qalet li r-ribelli użaw network sigriet ta’ mini għall-assalt fuq Jobar, bil-qawwiet Sirjani jwieġbu għal dan b’offensiva mill-ajru.
F’Damasku hemm biss ftit zoni taħt il-kontroll tal-Oppożizzjoni, b’Jobar jinsab l-eqreb taċ-ċentru tal-kapitali. Dan meta hemm ukoll preżenza qawwija ta’ militanti (ġiħadisti) Iżlamiċi fl-inħawi.
L-aħħar rapporti, ilbieraħ, sostnew li l-Armata għalqet ir-rotot lejn il-Pjazza ta’ Abbasid (ta’ importanza strateġika) waqt li l-kapitali kienet qed tidwi bil-ħsejjes tal-isplużjonijiet.
//= $special ?>