Il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Giampiero Ventura sejjaħ skwadra ta’ 25 plejer għal partiti kontra l-Albanija u l-Olanda. L-ewwel gara li hi valida mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tintlagħab fl-24 ta’ Marzu f’Palermo, filwaqt li t-tieni waħda se tintlagħab f’Amsterdam.
Ritorn għal plejer ta’ Southampton Manolo Gabbiadini li għaddej minn forma tajba kemm ilu li ngħaqad mat-tim Ingliż. L-aħħar darba li Gabbiadini kien mgħajjat mat-tim nazzjonali kien fis-17 ta’ Novembru 2015, ġurnata li kien skorja l-unika gowl mal-azzurri.
Fil-lista ta’ Ventura, hemm tliet plejers li ssejjħu mat-tim nazzjonali għall-ewwel darba. Dawn huma l-gowlkiper Alex Meret, Leonardo Spinazzola u Danilo Dambrosio. Iż-żewġ difensuri qed ikollhom staġun pożittiv fl-irwoli tagħhom mal-linja.
Fost il-plejers li baqgħu barra mill-iskwadra, hemm il-plejers ta’ Juventus Giorgio Chiellini li jinsab imweġġa’, kif ukoll il-midfielder Claudio Marchisio li fl-aħħar partiti ma kienx qed ikun regolari.
Il-lista kollha tal-plejers hi:
Gowlkipers: Gianluigi Buffon (Juventus), Gianluigi Donnarumma (Milan), Alex Meret (Spal)
Difensuri: Davide Astori (Fiorentina), Andrea Barzagli (Juventus), Leonardo Bonucci (Juventus), Matteo Darmian (Manchester United), Danilo D’Ambrosio (Inter), Mattia De Sciglio (Milan), Alessio Romagnoli (Milan), Daniele Rugani (Juventus), Leonardo Spinazzola (Atalanta), Davide Zappacosta (Torino)
Midfielders: Daniele De Rossi (Roma), Roberto Gagliardini (Inter), Marco Parolo (Lazio), Marco Verratti (Paris Saint Germain)
Wingers: Federico Bernardeschi (Fiorentina), Antonio Candreva (Inter), Lorenzo Insigne (Napoli), Nicola Sansone (Villarreal); Matteo Politano (Sassuolo), Simone Verdi (Bologna)
Attakkanti: Andrea Belotti (Torino), Eder (Inter), Manolo Gabbiadini (Southampton), Ciro Immobile (Lazio)
//= $special ?>