Sport Sport Ieħor

Duncan Micallef iwaqqaf rekord nazzjonali fil-Kwart ta’ Mil

Duncan Micallef fl-azzjoni (Ritratt - Ruth Galea)

Fi tmiem il-ġimgħa, waqt l-ewwel rawnd tal-Kampjonat tal-Kwart ta’ Mil fuq it-Track tad-Drag Racing f’Ħal-Far, fuq Fuel Dragster Duncan Micallef waqqaf rekord nazzjonali meta saq l-elf pied f’erba sekondi punt żero tlieta, b’veloċita massima ta’ ftit anqas minn 304 mili fis-siegħa.

Għal Micallef dan kien test tajjeb qabel jieħu sehem fil-Kampjonat Ewropew tad-Drag Racing.
Ta’ min jiftakar li fil-bidu tas-sena Micallef ingħata l-unur tal-aqwa sportiv tas-sena għall-2016 wara li sena ilu fit-trakka ta’ Santa Pod stabbilixxa ruħu bħala l-aktar sewwieq veloċi fl-Ewropa.