Lokali

FILMAT: Gwardjan lokali jaqla’ xebgħa

Segwi l-filmat tal-gwardjan lokali jiġi aggredit minn raġel Serb

Gwardjan lokali ta’ 51 sena residenti l-Mosta kellu jingħata l-kura wara li ġie aggredit minn Serb ta’ 33 sena residenti s-Swieqi.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu wara li għal xi raġuni ż-żewġ persuni kienu nvoluti f’argument li wassal biex l-uffiċjal jaqla’ daqqiet ta’ ponn. Il-każ seħħ fir-roundabout ta’ bejn in-Naxxar u ż-żona magħrufa bħala Tal-Balal, fejn il-gwardjan lokali kien għassa għall-kontravenzjonijiet.

Iktar tard il-Pulizija identifikat lill-agressur li ġie arrestat, bl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin. Il-gwardjan lokali kellu jingħata l-kura f’ċentru tas-saħħa.