Raġel b’identità mhux magħrufa nqabad fuq filmati ta’ kameras tas-sigurtà jisraq minn vann. Is-serqa seħħet is-Sibt għall-ħabta tas-2 ta’ waranofsinhar fi Triq Manwel Dimech, f’Tas-Sliema.
Il-filmati minn kameras tas-sigurtà juru lir-raġel jersaq lejn lejn il-vann, iħares madwaru, imbgħad jiftaħ il-bieba u jidħol ġewwa għal ftit ħin. Wara, jidher jerġa’ joħroġ u jimxi ‘l bogħod mill-vann.
Fuq Facebook, il-persuna li kienet qed issuq dan il-vann qalet li mill-vann insterqet somma kbira ta’ flus, u sar appell lill-pubbliku biex jiġi identifikat il-ħalliel. L-istess persuna qalet li l-ħalliel irnexxielu jiftaħ kexxun imsakkar minn fejn ħa l-flus.
Fil-filmati, il-ħalliel ma jidhirx jissara mal-bieb tal-vann, bħallikieku kien jaf li l-bieba mhijiex imsakkra.
//= $special ?>