Il-każ taż-żewġ barranin li nqabdu jieħdu r-ritratti f’Tas-Sliema qajjem mhux biss biża’ imma wkoll perokkupazzjoni minn bosta ġenituri li stqarru li ma jħossuhomx iżjed siguri f’pajjiżna.
Qamet ukoll rabja għall-fatt li l-Puliziija talbu lill-barranin biex iħassru r-ritratti tat-tfal li nstabu fuq il-mobile tagħhom. Net News tkellem ma’ uffiċjali li spjegawlna li teknikament il-barranin ma kisru l-ebda liġi meta ħadu r-ritratti.
Kienu jkunu qed jiksru l-liġi li kieku dawn ir-ritratti ġew ippubblikati mingħajr il-permess tal-ġenituri. Madankollu, li wieħed jassumi li b’dawn ir-ritratti kienet se tinkiser il-liġi, għall-Qorti din mhix prova biżżejjed.
Għalhekk, il-fatt li l-Pulizija talbuhom iħassru r-ritratti, huma evitaw li dawn ir-ritratti jintużaw għal skop ulterjuri.
Mistoqsi jekk b’dan il-ġest, il-Pulizija wasslux biex tinqered l-evidenza, is-sors tagħna spjegalna li għall-Qorti, il-fatt li l-Pulizija raw ir-ritratti u jistgħu jixhdu dan, allura hemm provi biżżejjed li r-ritratti kienu filfatt fuq il-mobile ta’ dawn il-barranin.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.
//= $special ?>

