Kurżitajiet Lokali

Għaliex għada m’għandekx tilbes kalzetti pariġġ

L-idea hi li n-nies tinnota li persuna tkun liebsa par kalzetti li ma jaqblux u meta xi ħadd jistaqsi għaliex liebes hekk, hu jkun jista’ jqajjem għarfien dwar il-kundizzjoni tad-Down Syndrome.

Għada, il-21 ta’ Marzu hi l-ġurnata ddedikata lill-persuni li għandhom id-Down Syndrome. Sabiex tiġi ċċelebrata din il-ġurnata, l-għaqda internazzjonali tad-Down Syndrome, qed tinkoraġixxi lill-pubbliku sabiex jilbsu kalzetti kkuluriti u ma jaqblux matul il-ġurnata ta’ għada.

L-idea hi li n-nies tinnota li persuna tkun liebsa par kalzetti li ma jaqblux u meta xi ħadd jistaqsi għaliex liebes hekk, hu jkun jista’ jqajjem għarfien dwar il-kundizzjoni tad-Down Syndrome. B’hekk kulħadd hu mħeġġeġ jilbes hekk, kemm jekk se tibqa’ d-dar, sejjer l-iskola jew sejjer ix-xogħol.