Internazzjonali

Id-29 ta’ Marzu: meta se jibda l-proċess ta’ Brexit

Theresa May mistennija li tibda l-proċess ta’ sentejn biex ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea, nhar id-29 ta’ Marzu.

Sir Tim Barrow, l-ambaxxatur Ingliż għall-Unjoni Ewropea, informa lil Donald Tusk, il-President tal-Kunsill Ewropew, qal li l-ittra formali se tintefa’ nhar l-Erbgħa.

Downing Street, ma qalitx jekk l-ittra hux se tkun qed tinkludi l-miri dettaljati għan-negozjati tat-tluq. Theresa May mistennija tindirizza l-House of Commons fl-istess ġurnata li tkun sottomessa l-liġi.