Matul dawn l-aħħar jiem l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Boxing sejħet lill-membri tagħha għal-Laqgħa Generali Straordinarja. L-ghan tal-laqgħa kien li jiġu diskussi diversi suġġetti fosthom ir-riżenja tal-Kap Eżekuttiv Marc James wara li dan kien issospenda lilu nnifsu minħabba diżgwid ma’ uffiċjali tal-MBA.
Michael Bonello, il-President attwali tal-MBA, irringrazzja lil Marc James tas-servizz li ta’ lill-MBA fil-passat u nforma lill-membri bl-aħħar żviluppi fuq il-każ fejn qal li minkejja diversi tentattivi sabiex tkun riżolta l-kwistjoni dan ma rriżultax fil-pożittiv.
Fil-Laqgħa ġew approvati xi membri ġodda fil-kumitat eżekuttiv u ttieħed vot ta’ fiduċja fit-tmexxija ta’ Michael Bonello bħala President sabiex jibqa’ jmexxi l-Assoċjazzjoni ta’ dan l-isport li, f’dawn l-ahhar snin, kiber ħafna fil-popolarita’ tiegħu f’pajjiżna.
Fil-Laqgħa Ġenerali Straordinarja gew diskussi, fost l-oħrajn, is-sistema ta’ affiljazzjoni tal-klabbs, l-assigurazzjoni tas-saħħa tal-atleti, il-liċenzji tal-boxers, tal-kowċis u ta’ staff ieħor, u wkoll l-bżonn urġenti t’emendi fl-istatut tal-assoċjszzjoni. Tali emendi mistennija li jitressqu għall-approvazzjoni fil-Laqgħa Generali Annwali li giet skedata għal Lulju 2017.
Fil-Laqgħa Generali Straordinarja gie unanimament maqbul, li ma jinħarġux fil-publiku d-dettalji tad-diżgwid mal-eks uffiċjal tal-MBA bil-ghan li jsir l-aħħar tentattiv sabiex tal-inqas dan jirritorna d-dokumentazzjoni kollha tal-aħħar erba’ snin. Dan huwa mportanti sabiex il-kumita tattwali jkun f’posizzjoni li jibqa’ jopera għal ġid tal-Boxing Malti. Fin-nuqqas ta’ dan, l-MBA mhux se jkollha l-ebda alternattiva ħlief li tiftaħ preoċeduri legali sabiex tissalvagwardja l-interessi tal-membri tagħha.
Intant, il-membri kollha tal-MBA huma nformati li s-Sur Marc James mhux awtoriżżat jikkomunika ma’ terzi f’isem l-MBA u wisq anqas jirrapreżenta lill-Assoajszzjoni fil-mezzi tax-xandir jew li jiġbor xi ħlasijiet. Kull kommunikazzjoni dwar operat ser tibda ssir ma’ Edwin Micallef li huwa membru fl-eżekuttiv u li huwa responsabbli mill-Uffiċjali tal-Assoċjazzjoni.
//= $special ?>