Lokali

Ir-rakkont ta’ mara li rat lill-warden jaqla’ xebgħa: “Tħassartu, tgħidx kemm beda jtih!”

Net News tkellem ma’ mara li nzertat kienet għaddejja qrib ir-roundabout ta’ bejn in-Naxxar u ż-żona magħrufa bħala Tal-Balal, fejn gwardjan lokali li kien għassa għall-kontravenzjonijiet qala’ xebgħa.

Il-gwardjan lokali ta’ 51 sena residenti l-Mosta kellu jingħata l-kura wara li ġie aggredit minn Serb ta’ 33 sena residenti s-Swieqi.

Iktar tard il-Pulizija identifikat lill-agressur li ġie arrestat, bl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin. Il-gwardjan lokali kellu jingħata l-kura f’ċentru tas-saħħa.