Lokali Qorti

Jinqerdu 1,753 par żraben foloz

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ordnat li jinqerdu kważi 1,800 par żarbun tad-ditta Timberland li nstabu li kienu foloz.

Il-Każ imur lura għal Settembru li għadda meta uffiċjali tad-Dwana spezzjonaw container li kien wasal fil-Port Ħieles abbord il-bastiment CMA CGM Vela. Il-merkanzija, li kienet tammonta għal-1,753 par żraben, kienet destinata lejn is-suq Alġerin.

Il-Qorti, preseduta mill-Imħallef Mark Chetcuti, iddikjarat li l-prodotti kienu manufatturati bi ksur tad-drittijiet tal-propjeta’ intellettwali tal-kumpanija Timberland.

Għaldaqstant, il-Qorti ordnat lill-Kontrollur tad-Dwana biex il-merkanzija tinqered fi żmien 90 ġurnata, a spejjeż tal-kunsinjatarji Alġerini.

L-Avukat Peter Fenech irrappreżenta li s-soċjeta’ Timberland filwaqt li l-Avukat Yana Micallef Stafrace kienet nominata u dehret bħala kuratur għall-kumpanija Alġerina.

Tags