Lokali Parlament

L-indħil politiku fit-traffikar tad-droga f’Għawdex

Jinħema frame up fuq Justyne Caruana u Maġistrat - Beppe Fenech Adami, PN

Il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma fil-Partit, Beppe Fenech Adami, sostna fil-parlament illejla li f’Għawdex qed isir indħil politiku fit-traffikar tad-droga u qed jinħema frame-up fuq is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana u l-Maġistrat Grezzju Mercieca.

Beppe Fenech Adami qal li fil-Korp hemm indħil politiku minn politiċi fis-setturi kollha tal-Korp tal-Pulizija. Hu qal li jirċievi lmenti minn persuni li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Portezzjoni Ċivili u fil-Forzi Armati dwar diskriminazzjoni politika.

Il-Viċi-Kap tal-PN semma l-indħil politiku fil-Korp tal-Pulizija dwar l-istorja serja f’Għawdex li quddiemha l-gvern hu sieket bi skiet inkwetanti. Din hi storja li fiha fl-aħħar erba’ ġimgħat kien allegat li persuna mara f’Għawdex inqabdet bid-droga kokaina, sabiex tintuża għal traffikar.

Il-persuna ġiet arrestata, għamlet stqarrija fejn kixfet it-traffikanti tad-droga li kienu tawha d-droga. L-istorja tkompli  li dan seħħ f’Ottubru 2013, ftit xhur wara l-aħħar l-elezzjoni ġenerali u li wara l-arrest tat-traffikanti tad-droga saret laqgħa fil-Ministeru għal Għawdex li fiha kien hemm peżenti żewġ ministri tal-gvern li daħlu fl-10.30 p.m u aħarġu mill-minsiteru 1.30 a.m.

Jingħad li preżenti għal-laqgħa mal-ministri kien hemm missier wieħed mit-traffikanti tad-droga li kixfet il-mara li kienet arrestata. Il-każ ikompli li meta intemmet il-laqgħa, ġara xi ħaġa li biha l-persuni li nqabdu bit-traffikar ma tressqux il-qorti. Wara l-intervent taż-żewġ ministri u wara l-laqgħa ma’ missier wieħed mit-traffikanti tad-droga, it-tfajla bidlet l-istqrarija tagħha bil-konsegwenza li t-traffikanti ma tressqux il-qorti akkużati bit-traffikar.

Beppe Fenech Adami kompla li llum kollox sar jgħaddi fejn anki persuna tħalliet titlaq mill-arrest biex imur jilgħab il-football . Dan wara li persuna mis-Segretarjat ta’ Ian Borg ċempel lill-Ispettur tal-Għassa tar-Rabat u l-plejer Bogdaonavoc tħalla jmur jilgħab il-football.

Hu qal li l-istorja tad-droga hi iktar serja u sostna li ma jistax ikun li għall-Prim Ministru u għall-Ministru tal-Intern dan il-każ mhux serju. Dan meta traffikanti tad-droga ma spiċċawx il-qorti għax intervjenew żewġ ministri tal-Gvern. Il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Intern ma jistgħux jibqgħu jistaħbew wara inkjesta fażulla li għamel il-gvern.

Beppe Fenech Adaami semma l-esperenza li l-gvern għadda lilu minnha fejn il-gvern għamel inkjesta li ma nħatarx avukat li kien kandidat tal-PN iżda inħatru tliet imħallfin biex jinvestigawh biex mingħalihom isibu xi ħa li tgħid li hu indaħal lill-puliizja biex ma jkomplux jinvestigaw każ ta’ droga. Ir-rapport tal-inkjesta ma sab l-ebda indħil u ma sab xejn. “Nassigura lill-ministru li fuqi mhu se jsibu xejn għax qatt m’għamilt dawn l-affarjiet”, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li l-każ ta’ Għawdex jista’ jkun ivverifikat mill-minsitru. Id-dettalji jitolbu spjegazzjoni li tista’ tkun ivverifikat.

Hu staqsa min kienu l-ministri li kienu Għawdex f’dan il-każ? “Min kien il-ministru li kien Għawdex bl-iskorta tal-pulizija? Il-Ministru tal-Intern jista’ jivevrifikaw dawn ir-rapporti u jinforma lill-parlament. Min għandu aċċesss għall-ministru u jaf lill-missier it-traffikant li kien se jitressaq?” staqsa Beppe Fenech Adami, li kompla li l-gvern mhux lest jagħti din l-informazzjoni. Dan kien każ solvut li fuqu kien hemm stqarrija u li fih instabet id-droga iżda wara li saret il-laqgħa inbidlu l-istqarrijiet. Imbagħad ikun hemm tifel li dwaru jsir xow għax jinqabadd b’joint.

Beppe Fenech Adami kompla li  mhux sew li nħatret inkjesta u staqsa għaliex ma tqabbdux tliet imħallfin biex jinvestigaw dan il-każ. Il-gvern l-ewwel qabbad avukat bla esperjenza li jikkummenta favur il-PL. Wara l-ewwel pressjoni dan inbidel u sar avukat anzjan iżda dan hu ex kandidat tal-PL bla ma saru termini ta’ riferenza. Din hi inkjesta li se taqa’ fil-bir tas-skieken u mhux se tinħareġ l-informazzjoni. Dan hu każ serju ħafna li fih qed jintrifsu t-traffikanti tad-droga u dwar ir-rabta li hemm bejn il-politiċi u t-traffikanti tad-droga.

Hu qal li fl-aħħar ġranet kien hemm persuni li rċevew ittri anonimi dwar dan il-każ fosthom deputati u preżentaturi ta’ programmi. Hemm tentattiv biex jieħdu l-ħtija żewġ persuni li m’għandhomx x’jqasmu. Din l-ittra ttitkellem dwar il-każ u tallega li l-membri tal-gvern li kienu involuti huma Justine Caruana u Grezzju Mercieca.

Beppe Fenech Adami qal li hu konvint li Justyne Crauana ma kinitx wara din l-istorja u lanqas Grezzju Mercieca, li nħatar Maġistrat fil-Qorti ta’ Għawdex.

F’dan il-pajjiż hawn nies li biex jiżvijjaw investigazzjoni u inkjesta li qed issir qed jipprovaw jużaw lill-Oppożizzjoni biex Justyne Caruana u l-Maġistrat Mercieca jingħataw it-tort. Din hi sitwazzjoni li fiha hawn min għandu interess li ma toħroġx il-verità dwar dan il-każ. L-Oppożizzjoni mhu se tħalli lil ħadd iżommha milli toħroġ il-verità.

Beppe Fenech Adami kompla li t-traffikanti kienu qed joqtlu lil uliedna. Il-pajjiż issa qed iħallas prezz għoli wisq  għall-indħil politiku li bih tnaffru l-aqwa nies fil-korp u fejn il-kriminali qed jittrijonfaw u jibqgħu jiġru barra. Il-Prim Ministru għandu jdur fuq id-deputati jara min f’Ottubru 2013 kien fil-Ministeru ta’ Għawdex bil-lejl u kien fil-laqgħa msemmija. In-nuqqas ta’ ripsosti jġibu magħhom il-kompliċita, sostna Beppe Fenech Adami.

Beppe Fenech Adami qal li l-Oppożizzjoni taqbel mal-liġi li se tmenda l-Att tal-Protezzjoni Ċivili. Hu sellem lill-membri ta’ dan id-dipartiment li rċieva ammonti kbar ta’ rapporti kuljum u għalhekk il-membri prattikament isalvaw il-ħajjiet tan-nies li jsofru inċidenti.

Beppe Fenech Adami sellem lill-ex Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo li tneħħa minn Kummissarju tal-Pulizija wara l-aħħar elezzjoni u tpoġġi jmexxi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Hu qal li John Rizzo ta servizz kbir lill-pajjiż u lill-Korp tal-Pulizija.

Din hi liġi li qed taġġorna l-Att eżistenti u li qed tindirizza realtajiet tal-lum bi proposti li l-funzjonijiet tad-Dipartiment tal-Portezzjoni Ċiivli jitwessgħu. Fost dawn hemm ir-riskji tan-nirien u qal li għandha titqajjem kuxjenza fuq realtajiet li jeħtieġu attenzjoni dwar inċidenti ta’ nirien. Hu semma t-torrijiet li għandhom l-isfidi iż-żida ta’ perikli u nirien. Id-Dipartiment tal-Portezzjoni Ċivili għad m’għandux l-inġenji u l-apparat meħtieġ u appella biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa f’dan ir-rigward.

Hu semma l-attivitjaiet tal-massa u qal lil-pajjiż qed jirreaġixxi wara li jkun hemm l-inċident. Fl-aħħar snin l-attivitajiet tal-massa żdiedu li jattiraw eluf ta’ nies u li jagħtu lok għal ċertu perikli.

Beppe Fenech Adami tkellem dwar l-użu tal-annimali u espriema qbil mal-proposta li l-annimali li jkunu taw servizz dan l-annimali għandhom jinżammu ħajjin bla ma jgħaddu minn tbatija.