Fl-ewwel kwart tal-2017, uffiċjali tad-Dwana qabdu mal-180 kilogramma ta’ prodotti suspettużi magħmula mill-ħalib, u prodotti tal-laħam u t-tiġieġ. Il-prodotti maqbuda jinkludu zliezet, tiġieġ, laħam skadut u bajd aħdar.
Il-prodotti ttieħdu minn passiġġieri li ħafna minnhom waslu minn pajjiżi li m’humiex membri tal-Unjoni Ewropea, wara li l-bagalji fejn instabu dawn il-prodotti ġew immarkati bħala ‘suspettużi’ wara li saru tfittxijiet bl-‘x-ray’.
Il-prodotti kollha kkonfiskati mill-Uffiċjali tad-Dwana ġew mgħoddija lid-Dipartiment tas-Saħħa biex jinqerdu. Id-dħul ta’ dawn il-prodotti f’Malta twaqqaf minħabba r-riskju li kienu qed iġorru magħhom.
//= $special ?>