Kurżitajiet Lokali

RITRATT: L-Ekwinozju tar-Rebbiegħa

Ix-xemx tidħol b’mod eżatt mid-daħla tat-tempju t’isfel fl-Imnajdra, u titfa d-dawl f’niċċa żgħira fid-daħliet l-aktar fondi tal-kumpless megalitiku

Dan ir-ritratt meħud dalgħodu ftit wara s-6:30am, juri l-Ekwinozju tar-Rebbiegha – il-jum meta il-lejl ikun twil eżatt daqs il-ġurnata. U l-jum li jimmarka l-bidu ta’ dan l-istagun.

Mat-tlugħ, eżatt fil-bidu tar-Rebbiegħa, it-Tempju tal-Imnajdra kull sena jixgħel bir-raġġi sofor. Dan għaliex ix-xemx tidħol b’mod eżatt mid-daħla tat-tempju t’isfel fl-Imnajdra, u titfa d-dawl f’niċċa żgħira fid-daħliet l-aktar fondi tal-kumpless megalitiku.

Kemm ilbieraħ u anke dalgħodu, Maltin u turisti kellhom l-opportunita’ jsegwu l-Ekwinozju grazzi għal attivita’ organizzata minn Heritage Malta fl-Imnajdra.

Filmat ta’ dak li seħħ dalgħodu fl-Imnajdra jixxandar illejla fil-programm NET LIVE.

Ritratt: Albert Camilleri