Għawdex Lokali

TRAĠEDJA F’GĦAWDEX: Koppja anzjana tmut f’inċident tat-traffiku fin-Nadur

Żewġ anzjani residenti Għawdex imutu f'inċident tat-traffiku
Żewġ persuni mietu wara li kienu nvoluti f'inċident tat-traffiku fi Triq in-Nadur

Tard il-Ħadd filgħaxija koppja anzjana, raġel ta’ 73 sena u mara ta’ 68 sena mietu f’inċident tat-traffiku f’Għawdex.

L-inċident seħħ fi Triq ir-Rabat f’Għawdex, it-triq magħrufa Ta’ Xħajma u li twaslek san-Nadur.

Jirriżulta li għal xi raġuni żewġ karozzi kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku f’din it-triq, preċiżament quddiem il-korsa tal-muturi, u konsegwenza ta’ dan, żewġ anzjani barranin residenti x-Xagħra mietu fuq il-post. Il-karozza l-ohra nvoluta fl-inċident, mini van abjad, kien misjuq minn żagħżugħ ta’ 20 sena mill-Qala u kien sejjer fid-direzzjoni tar-Rabat, waqt li l-karozza li fiha kien hemm l-anzjani kienet qed tinstaq fid-direzzjoni opposta. Iż-żagħżugħ sofra wkoll ġrieħi gravi.

It-triq ingħalqet għat-traffiku waqt li l-maġistrat tal-għassa ħatret inkjesta.

Triq ir-Rabat f’Għawdex, iż-żona fejn seħħ dan l-inċident