Lokali

Arrestat wara li rriskja ħajtu: Ara l-filmat!

Iż-żagħżugħ li f’pajjiżna xxabbat ma’ krejn, tela’ ma’ torri tas-sinjali tar-radju, ma’ Pendergardens u saħansirtra rnexxielu jidħol f’żoni abbandunati tal-Isptar San Luqa wara li xxabbat mal-faċċata ġie arrestat mill-Pulizija.

Dan wara li dħal f’lukanda abbandunata li tinsab f’San Pawl il-Baħar, u f’filmat fuq Youtube jidher jiġri fuq iċ-ċnut mad-dawra tal-binja u saħansitra jaqbeż minn parti tat-taraġ għall-oħra.

Il-filmat espona wkoll problema oħra, jiġifieri li numru ta’ persuni qed jorqdu f’din il-luknda illegalment. Dan għaliex mhux permess li f’Malta, wieħed jagħmel post abbandunat bħala daru.