Lokali

FILMAT: Jitwaħħlu l-barrikati f’Bieb il-Bombi, imma n-nies jibqgħu jaqsmu

Jitwaħħlu l-barrikati biex ikun evitat il-periklu

Wara xhur ta’ ilmenti u abbużi, din il-ġimgħa bdew jitwaħħlu barrikati fis-central strip hdejn il-Bombi fil-Furjana bil-ghan li n-nies jużaw il-passaġġ taħt it-triq biex jaqsmu.

Ix-xogħlijiet biex jitwaħħlu l-barrikati komplew illejla.

Minkejja s-subway li hemm apposta, bosta jagħżlu li jaqsmu numru ta’ korsiji b’mod perikoluż.

L-intervent ta’ Transport Malta huwa maħsub biex inaqqas ir-riskju t’inċidenti f’waħda mill-iktar toroq traffikużi f’Malta. Fil-fatt, sa nhar it-Tnejn li għadda stess kien għadu ghaddej l-abbuż.

Jitwaħħlu l-barrikati fejn Bieb il-Bombi