Lokali

Għaliex illum kulħadd qed jilbes kalzetti differenti?

Il-kalzetti ta' Simon Busuttil u Kristina Chetcuti f'WDSD
Fuq il-media soċjali, kulħadd qed itella' ritratti liebes kalzetti differenti. Iżda dan kollu għalfejn qed isir? 

Fil-21 ta’ Marzu ta’ kull sena, tiġi ċċelebrata World Down Syndrome Day – u biex titqajjem kuxjenza madwar id-dinja kollha, jintlibsu kalzetti differenti b’dan il-għan.

Is-sinjifikat li kulħadd jilbes kalzetti differenti, jew ta’ kulur jgħajjat, hu li jqajmu kuxjenza dwar il-chromosome extra li persuni bil-kundizzjoni Down Syndrome ikollhom. Hemm min ukoll jiżboh difrejh kuluri differenti f’dan il-jum.

Il-punt ta’ dan kollu hu li l-pubbliku jibda jitkellem dwar il-kundizzjoni Down Syndrome u kulħadd ikun infurmat.

Fuq Facebook illum tellat ritratt Kristina Chetcuti flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil turi l-appoġġ tagħha għal dan il-jum.