Ambjent Lokali

Għandek kelb? Attent jekk sejjer Ta’ Qali!

Persuni f’diversi gruppi tal-annimali f’pajjiżna qed iwissu lil oħrajn biex joqgħodu attenti jekk sejrin Ta’ Qali bl-annimali doemstiċi tagħhom, b’mod speċjali l-klieb.

Dan hekk kif ritratti li ttellgħu fuq is-siti tal-midja soċjali juru ammont ta’ velenu jew fertilizzant imxerred qalb il-ħaxix, b’tali mod li ftit li xejn jidher imma faċilment jista’ jittiekel mill-klieb jew annimali oħra.

Hu fatt magħruf li l-velenu jikkawża tbatija kbira fuq il-klieb, li jekk ma jingħataw il-kura mal-ewwel jista’ jwassal biex imutu wara mumenti ta’ agunija kbira.