Il-UĦM-Voice of the Workers għadha kif ħabbret li llejla, qabel is-seduta Parlamentari li matulha se tkun qed tiġi diskussa l-liġi tal-media u l-malafama, se tippreżenta ittra lill-Prim Ministru u lill-Membri Parlamentari dwar is-sitwazzjoni tal-ħaddiema fl-Awtorità tax-Xandir.
Kif indikat mis-sejħa għall-media maħruġa ftit tal-ħin ilu, l-ħaddiema se jkunu qed iqassmu din l-ittra biex “ikomplu jisħqu dwar is-sitwazzjoni tagħhom fil-post tax-xogħol, sitwazzjoni li trid tiġi indirizzata bla ebda dewmien jew xkiel”.
Fl-aħħar jiem, iċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir kienet akkużati b’atti ta’ bullying u intimidazzjoni fuq il-ħaddiema, tant li l-istess ħaddiema kellhom jirrikorru għal ittra lill-Prim Ministru kif ukoll azzjoni industrijali. Din hi sitwazzjoni bla preċedent fl-Awtorità tax-Xandir.
Dan l-aħħar ġie żvelat ukoll li ċ-Chairperson qed iddaħħal €6,000 fis-sena biex tkun tista’ l-karozza personali tagħha – skema simili ta’ dik li juża l-Prim Ministru meta jikri l-karozza tiegħu lill-Gvern għas-somma ta’ €7,000.
Il-ħaddiema tal-Awtorità tax-Xandir b’ittra oħra lill-Prim Ministru
