Il-prosekuturi fil-Korea t’Isfel għandhom, minn ħin għall-ieħor, jeħilsu lill-eks President Park Geun-hye wara li hi għaddiet minn interrogazzjoni maratona ta’ 14 il-siegħa b’konnessjoni ma’ skandlu kbir tal-korruzzjoni.
Park twarrbet mill-poter proprju minħabba dan l-iskandlu u hi għadha qed tiċħad l-akkużi kollha — b’mod partikulari li hi, allegatament, ħalliet ħabiba tagħha tirrikatta l-flus mingħand il-kumpanniji kbar għall-interessi tagħha. Din il-ħabiba, Choi Soon-sil, hi akkużata, fost oħrajn, b’rikatt u korruzzjoni.
Intant, uffiċjali f’Seoul qalu li l-eks President Park ma eżerċitatx id-dritt li tibqa’ siekta waqt is-sessjonijiet tal-interrogazzjoni. Meta kienu mistoqsija jekk għandhomx joħorġu ‘dalwaqt’ mandat għall-arrest ta’ Park, il-prosekuturi wieġbu li ‘huma kienu qed jikkonċentraw fuq l-interrogazzjoni’.
//= $special ?>