Futbol Lokali Sport

Intervista: Matthew Towns jegħleb il-kanċer u ma’ S.K. jagħmel kisba storika

Sena ilu, il-goalkeeper Brittaniku Matthew Towns skopra li qed isofri minn kanċer fit-testikoli. Fortunatament laħaq il-kanċer fi stadju bikri, iġġieled biex jibda jgħix mill-ġdid u fuq kollox jirritorna fl-azzjoni.

Ftit jiem ilu, Matthew Towns kien protagonist biex flimkien ma’ sħabu t’ S.K. Victoria Wanderers kisbu passaġġ storiku għal fażi oħra tal-FA Trophy: mhux biss l-ikbar avvanz f’dan it-trofew għall-klabb mir-Rabat Għawdex imma wkoll l-iktar darba li klabb Għawdxi avvanza f’dan t-trofew.

Towns tkellem mal-programm Newsroom dwar din l-esperjenza u wassal messaġġ importanti.

Filmati: CVC Media