Internazzjonali

Ippubblikat il-filmat tal-attakk minn terrorist fuq suldat fl-Ajruport ta’ Orly

Ġie ppubblikat l-ewwel filmat wara li suldati Franċiżi sparaw lejn raġel u qatluh. Dan hekk kif ir-raġel daħal fl-ajruport ta’ Orly, fil-kapitali Franċiża Pariġi.

Il-filmat jikkonferma li r-raġel kien qed jipprova jieħu arma tan-nar minn idejn suldat u baqa’ jirreżisti. Kien f’dan il-ħin li suldati oħra sparaw lejh.