Internazzjonali Kurżitajiet

FILMAT: Julia, l-ewwel Muppet bl-awtiżmu għal Sesame Street

Il-pupazz il-ġdid Julia
Julia se tkun il-pupazz il-ġdid li se tiddaħħal fil-programm tant poplari Sesame Street.

Pupazz ġdid għadha kif żdiedet fuq il-programm tant poplari mat-tfal madwar id-dinja kollha Sesame Street. Julia, hi tifla ta’ 4 snin li tħobb tkanta, għandha l-awtiżmu u dejjem iġorr magħha soft toy ta’ fenek.

Julia se jkun qed titmexxa minn Stacey Gordon, li hi omm ta’ tifel b’awtiżmu, fejn stqarret li dan l-irwol huwa importanti ħafna għaliha hekk kif se tgħin lit-tifel tagħha jintegra aktar mat-tfal fl-iskola tiegħu.

Christine Ferraro, li ilha tikteb l-istejjer għal Sesame Street għal madwar 25 sena, qalet li ddeċidew li jżidu lil dan il-karattru ta’ Julia fil-programm tagħha minħabba ż-żieda kbira ta’ tfal bil-kundizzjoni tal-awtiżmu f’dawn l-aħħar snin.

L-iskop ta’ Julia se jkun li jgħallem lit-tfal li jaraw il-programm dwar id-differenzi li nsibu fis-soċjeta’ tagħna, u kemm hu importanti li nedukaw lit-tfal dwar dan. Julia se tkun qed tgħallem lil kulħadd dwar tfal bl-awtiżmu u l-mod ta’ kif jaraw id-dinja huma – biex b’hekk tfal li għandhom din il-kundizzjoni jistgħu jintegraw aktar u jiġu aċċettati minn tfal oħra.

Id-diretturi ta’ Sesame Street qali li din kienet għażla diffiċli minħabba l-varji kundizzjonijiet tal-awtiżmu u impossibli il tiġbor lil kulħadd f’keffa waħda. Huma qalu li Julia mhux se jkollha l-istess reazzjonijiet bħal pupazzi oħra fuq il-programm, fosthom mhux se tirrispondi meta pupazzi oħra jintroduċu ruħhom, u anke tibda taqbeż fuq il-post bl-eċitament meta jkunu se jilgħabu. Julia hi wkoll sensittiva għall-ħsejjes qawwijja.