Raġel iweġġa’ gravi wara li baqa’ dieħel f’siġra bil-vettura tiegħu.
L-inċident tat-traffiku seħħ għall-ħabta tad-disa’u kwart ta’ filgħodu, fejn il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq tal-Barrani, Santa Luċija.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li raġel ta’ 39 sena, residenti l-Iklin, tilef il-kontrol tal-vettura Toyota Dyna u baqa’ dieħel ġo siġra.
Issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>