Lokali

L-Arċisqof Charles Scicluna jisħaq li l-Knisja għandha quddiemha sfida ġdida

Waqt diskors li għamel waqt ċerimonja fl-okkażżjoni tal-ewwel sena mill-mewt tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca, l-Arċisqof Charles Scicluna qal li dak li 10 snin ilu l-Arċisqof Mercieca kien qed jibża li se jiġri fil-fatt ġara.

Hu kien qed jirreferi għall-liġijiet ġodda li daħħal l-istat fil-qasam taż-żwieġ u tal-familja li filwaqt li għandhom valur ta’ inklussività, joħolqu sfidi ġodda.