– Clyde Pulì PN
Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli sostna li hu perikoluż għad-demokrazija fil-pajjiż li l-Awtorità tax-Xandir tinsab fi kriżi kaġun tal-attitudni negattiva taċ-Chairperson. Għalhekk iċ-Chairperson għandha titneħħa minn din il-kariga.
F’diskors fil-parlament fl-istadju tat-Tieni Qari tal-Liġi dwar il-Media u l-Malafama, Clyde Pulì qal li l-abbozz jitkellem dwar l-operat demokratiku tal-pajjiż; id-dritt għall-informazzjoni u l-libertà tal-espressjoni. Il-media tibqa’ meqjusa bħala pilastru importanti fid-demokrazija tal-pajjiż. Fl-aħħar snin l-iżviluppi teknoloġiċi ġabu bidliet soċjali, politiċi u ekonomiċi kbar li għandhom bidliet profondi għall-media tradizzjonali u għal dak li hu mistenni minnha.
Id-deputat Nazzjonalista sellem il-kontribut li ta Richard Muscat fil-ġlieda għall-pluraliżmu tax-xandir meta kellu jxandar minn Sqallija fi żmien il-gvern Laburista qabel l-elezzjoni tal-1987. Hu qal li gvern Nazzjonalista ġab ukoll il-liberlizzazzjoni tas-suq bil-konsegwenzi pożittivi tiegħu fejn iċ-ċittadini setgħu jitkellmu fil-pjazza virtwali. Clyde Pulì semma l-effetti li dan il-ftuħ kellu fuq is-soċjetà u qal li l-liġi ma kkunsidratx il-liġijiet kollha relatati max-xandir.
Clyde Pulì kompla li din mhix liġi viżjonarja iżda hi eżerċizzju legali li qed jirreaġixxi għal ċirkostanzi legali li hemm. Hu qal li l-Professur Aquilina kien wieħed mill-kritiċi tal-liġi kif proposta u sostna li tajjeb li jsir djalogu mal-Professur Aquilina.
Hu semma l-Professur Ġorġ Mallia li kkundanna din il-liġi u ddeskrivieha bħala tiranna u redikola. Il-Professur Joe Cannataci wkoll kritika l-liġi kif għamel iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Komunikazzjoni Anotinio Gigio li qal li din li-liġi theddid il-libertà tal-espressjoni. Philip Micallef ddeskrieva l-abbozz bħala pass kbir lura u wieħed ta’ ċensura waqt li l-Avukat Joe Zammit Maempel qal li din hi liġi ripressiva. Għalhekk l-Oppożizzjoni kkritikat il-liġi u aġixxiet meta d-demokrazija kienet qed titnaqqar.
Clyde Puli kompla li l-gvern għamel ġimgħat jiddefendi dak li kien qed jagħmel qabel u sostna li llum, wara li saru l-bidliet, l-Oppożizzjoni se tivvota favur iżda tirriserva d-dritt li tressaq emendi oħra fi stadju ta’ kumitat.
L-Oppożizzjoni tista’ tagħti l-appoġġ fil-prinċipju issa li l-libell kriminali se jitneħħa; propju wara li l-Oppożizzjoni għamlet il-proposta tagħha. L-istess dwar il-mandat kawtolatorja li issa se jitneħħa wkoll wara li l-Oppożizzjozi ressqet private members bill.
Clyde Puli fakkar kif l-Oppożizzjoni pproponiet li titneħħa r-reġistrazzjoni tal-websites u issa din tneħħiet mil-liġi. L-interess tal-Oppożizzjoni hu li jkun hemm liġi tajba u responsabbli.
Hu semma is-sitwazzjoni fl-Awtorità tax-Xandir, li llum tinsab fi kriżi li mhix kapaċi taqdi l-funzjonijiet tagħha. Is-sitwazzjoni fl-Awtorità tax-Xandir ilha sejra lura minn meta l-Gvern ħatar lil Tania Borg Cadona bħal Chairperson tal-istess Awtorità.
Meta l-Prim Ministru innomina lil Borg Cardona, il-PN kien qal mill-ewwel li għandu riservi dwar din in-nomina għax is-cv tagħha kien juri li ma kellhiex ir-rekwiżiti neċessarji biex tmexxi l-Aworitra tax-Xandir. La kellha esperjenza fix-xandir jew legali, la kellha ħiliet fit-tmexxija u l-lanqas kwalifiċi ħlief dawk tal-etikett. Issa jirriżulta li lanqas li għandha hu l-etikett, kif sostnew il-ħaddiema stess. Kien biss bi spirtu ta’ kunsens u rieda tajba li l-PN aċċetta n-nomina.
Clyde Pulì kompla li c-Chairperson hi arroganti u inkompetenti u li sena ilu s-sitwazzjoni laħqet il-qofol tagħha. Dan meta Borg Cardona għamlet żewġ u-turns dilettanteski. L-ewwel bidlet weħidha deċiżjoni li ħa l-Bord dwar il-programm Dissett u pprovat tiċċensura lill-PN dwar is-sitwazzjoni politika. Ftit siegħat wara c-Chairperson daqqet l-irtirata. X’inkompetenza ta’ Chairperson!
Il-ħaddiema kollha tal-Awtorità ħadu pass bla preċedent u iffirmaw petizzjoni kontra l-intimidazzjoni u l-bullying taċ-Chairperson lejhom u appellaw lill-Prm Ministru biex jieħu azzjoni kontra ċ-Chairperson.
Dan kaġun tas-sitwazzjoni li qed ikollhom jiffaċċjaw ta’ kuljum b’insulti miċ-Chairperson. Hemm rapporti li c-Chairperson bdiet taġixxi b’mod eżekuttiv bla inkargu u bdiet tiggrava l-affarijiet. Dawn eskalaw tant li fl-ewwel laqgħa mal-ħaddiema hi akkużathom li jmorru għax-xogħol bla motivazzjoni. Akkuażthom ukoll li jilbsu qishom in-nannu tagħha u li huma ħaddiema żejda fuq il-pagi tal-Awtorità. Hi għajret lill-istaff maħmuġin u li la huma jaġixxu ta’ tfal, hi se tibda titratthom ta’ tfal.
F’argument ta’ impjegata, Borg Cardona daħlitilha fl-uffiċċju tagħha wara li din telqet id-dar u ferxitilha l-kxaxen fuq id-desk waqt li ordnat biex jittieħdu r-ritratti. Bord Cardona bagħtet email lill-impjegata dwar dak li għamlet. Dan wassal biex l-impjegata kkrollat u ħarġet bis-sick leave iżda irritornat. Minflok ikkalmat is-sitwazzjoni, Borg Cardona sabet lill-impjegata fil-party tal-Milied u qaltilha li l-Awtorità xorta għaddiet mingħajrha.
Iċ-Chairperson waslet ukoll biex qabbdet lix-xufier jaħsel il-karozza anki fix-xita! Dawn l-affarijiet effettwaw lill-ħaddiema b’mod qawwi iżda l-gvern u l-Prim Ministru mhux jieħdu passi.
Il-ħaddiema ma kellhomx għażla ħlief li jirrikorru għal azzjonijiet indutsrijali. Bħalissa l-ħaddiema mhux jipproċessaw il-monitoraġġ fuq dak li jixxandar u qed jieħdu diversi azzjonijiet oħra. Iċ-Chairperson għandha wkoll għal qalbha l-Jaguar personali tagħha u tuża lilha.
L-Awtorità tax-Xandir mhix tiffunzjona skont il-kostituzzjoni u din hi sitwazzjoni inkwetanti propju lejliet l-elezzjoni. Il-ħaddiema tal-Awtorità marru quddiem il-parlament biex tissolva l-problema u għalhekk hu ta’ dispjaċir li jkun hemm min jipprova jdur mal-legaliżmi flok tinstab soluzzjoni.
Il-ħaddiema tkellmu wkoll dwar affarijiet oħra fosthom it-traferiment tal-uffiċni tal-Awtorità mill-Ħamrun għall-Belt. Huma informati li l-binja l-ġdida se jkollha biss kwart tal-ispazju li hemm illum; bi problemi li jistgħu jinħolqu għall-apparat.
Clyde Puli staqsa kemm se ddaħħal l-Awtorità tax-Xandir mill-kirja tal-post fil-Ħamrun u kemm se toħroġ għall-post fil-Belt. X’se tkun l-ispiża għall-uffiċini l-ġodda? staqsa Clyde Pulì, li staqsa wkoll jekk iċ-Chairperson kellhix l-awtorità li tikri l-Jaguar lilha nnfisha meta kien hemm diġà karrozza.
Hu staqsa jekk hux veru li l-partner tagħha kinx jitfaċċa għas-sehem fil-kirja u x’kien is-sehem tiegħu jekk kien hemm. Il-ħaddiema huma vittma tal-inkompetenza ta’ Gvern li qed jiġi jaqa’ u jqum biex jaġevola persuna bħal din iċ-Chairperson, li mhix taqdi dmirha.
Il-ħaddiema tilfu kull fiduċja fit-tmexxija ta’ Borg Cardona u għalhekk kellhom jieħdu azzjonijiet industrijali. Huma tilfu l-fiduċja anki f’xi laqgħa ta’ konċiljazzjoni għaliex Borg Cardona qabżet il-linja. Huma jridu li Borg Cardona titneħħa jew titlaq.
Il-PN ukoll irid jirriafferma li tilef kull fiduċja f’Borg Cardona tant li lanqas għadu jipprotesta; mhux għax l-affarijiet sejrin sew iżda għax quddiem dawn l-affaraijiet is-sitwazzjoni mhux se tittieħed bis-serjetà. Il-gvern għandu kriżi kbira fl-Awtorità tax-Xandir b’periklu għad-demokrazija.
Il-PN jagħti l-appoġġ sħiħ lill-ħaddiema u jappellahom biex ma jaqtgħux qalbohm għaliex il-ġustizzja trid isseħħ.Ma baqalhei xawtorità m,orlai mgħanddhie xu mnhux aċċettabbli li tibqa għaddejja b’dawn l-affarijiet, sostna Cluyd Puli li nsist ali Borg Cardona għanhda twarrab. Jekk ma twarrabx għandu jkun il-Prim Ministru u l-Parlament li jneħħi lil Borg Borg Cardona għax mhix taqdi r-rowl tagħha u qed tonqos.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Awtorità għandha tkun effettiva propju qabel l-elezzjoni u żied li l-gvern għandu kontroll totali tal-għodda tal-istat fosthom b’billboards u tined.
Dan hu gvern li qed ikasbar kull sens ta’ trasparenza, jaħbi kuntratti pubbliċi u jaħrab lill-ġurnalisti.
Il-PBS sar għodda ta’ propoganda b’ordnijiet minn Kastilja u minn One, li jibgħatu ordnijiet lil Reno Bugeja. In-news portal ta’ TVM saret tabloid li tirraporta l-ħmerijiet flok l-istejjer importanti tal-pajjiż. Din hi aljenazzjoni!
Clyde Puli qal li l-liġi kienet pass lura kif kienet proposta oriġinarjament. Il-liġi fil-fatt tressqet wara li l-PN ilu iktar minn sena u nofs jappella biex jitneħħa l-libell kriminali. Dan wara li ministru fetaħ mandat kawtolatorju u wara li l-Oppożizzjoni ressqet private members bill u qamet kontroversja sħiħa kontra l-mandati lill-ġurnalisti.
Il-liġi qabżet il-linja meta rdoppjat il-multi minn €10,000 għal €20,000 u meta s-siti kollha tal-internet kellhom jirreġistraw. Din kienet reġistrazzjoni tal-big brother! Kien biss wara li qamet kontroversja sħiħa fil-pajjiż li l-gvern ressaq dawn l-emendi għax qabel dak iż-żmien il-gvern kien qed jiddefendi l-klawsoli li ma kinux demokratiċi.
Il-liġi tgħid li sit elettroniku tfisser kull servizz tal-aħbarijiet fuq l-internet. L-esperti kollha qalu li din il-klawsola kienet waħda li tati lok għall-kontroll u l-ħolqien tal-big brother u ma tiffaċilitax il-libertà tal-ġurnalisti anzi kienet ikkunsidrata bħala li xxekkel il-libertà tal-espressjoni tal-ġurnalisti. Iż-żgħażagħ m’għandhomx ikunu ristretti milli jiddibattu l-politika, sostna Clyde Pulì.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-liġi m’għandhiex tnaqqas id-dritt taċ-ċittadini li jesprimu l-opinjoni tagħhom. Dwar il-multi u l-pieni eċċessivi li rdoppjaw, hu qal li dan hu diżinċentiv għall-ġurnalisti li jinvestigaw għax il-bilanċ għandu jxaqleb lejn il-libertà tal-espressjoni. L-IĠM ma qablux fuq kollox mal-liġi u kkritikaw l-eċċessività fil-multi waqt li appellaw biex jinteħħew il-pieni meta jkun hemm rikonċiljazzjoni.
Clyde Pulì qal li hemm qbil dwar it-tneħħija tal-libell kriminali u agrumenta li l-ġurnalisti għandhom jerfgħu r-responabbiltà f’dan li jitkbu iżda l-prinċipju tal-libertà tal-espressjoni hu akbar mid-dritt ta’ regolamentazzjoni.
Hu appella biex il-parlament iħares lejn il-liġijiet li jitrattaw il-media b’mod ħolistiku, inkluż il-liġi tal-Awtorità tax-Xandir.
//= $special ?>