Il-midfielder ta’ Manchester United Bastian Schweinsteiger se jħalli lir-Red Devils u jmur jilgħab fl-Istati Uniti hekk kif se jingħaqad mat-tim ta’ Chicago Fire.Hu iffirma kuntratt ta’ sena u issa qed jistenna li jingħata l-visa.
Schweinsteiger kien ingħaqad ma’ Man Utd fl-2015 imma meta Jose Mourinho beda jmexxi lit-tim dan poġġa lill-plejer Ġermaniż mat-tim tar-riservi.
Schweinsteiger irnexxielu jikseb post lura mat-tim tal-kbar u saħanistra skurja gowl imma xorta waħda postu mat-tim tal-kbar ma kienx wieħed fiss. Kien għalhekk li hu ddeċieda li ma jibqax jilgħab fil-Premiership.
L-esperjenza li għandu l-plejer Ġermaniż li fl-2014 kien anke rebaħ it-Tazza tad-Dinja se tkun utli għat-tim ta’ Veljko Paunovic.
//= $special ?>