Internazzjonali

Tagħmir elettroniku projbit fuq titjiriet mil-Lvant Nofsani lejn l-Istati Uniti

L-Istati Uniti ħabbret projbizzjoni għal tagħmir elettroniku ta’ daqs kbir li l-passiġġieri minn tmien pajjiżi Musulmani jistgħu jtellgħu magħhom għal waqt titjiriet.

Id-Dipartiment tad-Difiża Interna tal-Istati Uniti qal li l-pass qed jittieħed minħabba l-possibbiltà li jinħbew l-isplussivi qalb tagħmir bħal laptops, tablets, DVD players u logħob elettroniku.

Il-miżura se taffettwa disa’ linji tal-ajru li qed joperaw minn għaxar ajruporti iżda  r-regoli ġodda mhumiex se japplikaw għat-telefons ċellulari.

Fl-aħħar sigħat, ħarġet l-aħbar li anki r-Renju Unit għandu jadotta projbizzjoni simili għal tagħmir elettroniku ta’ ċertu daqs fir-rigward ta’ ċerti titjiriet u li dan ukoll qed isir fl-interessi tas-sigurtà.