Aġġornata
Ftit tal-minuti ilu, permezz ta’ Facebook, Bjorn Formosa kiteb li wara l-aħbarijiet koroh li rċieva issa ħareġ li m’għadx hemm il-bżonn li ssirlu operazzjoni tal-appendiċite. Dan wara li iktar kmieni Bjorn iddaħħal l-isptar wara li ħass uġigħ tal-appendiċite. Filfatt, f’post fuq Facebook aktar kmieni, hu qal li l-operazzjoni li kellha ssirlu kienet ta’ bejn ħajja jew mewt minħabba l-kundizzjoni li hu jinsab fiha. Għal kuntrarju, din l-operazzjoni hi kkunsidrata bħala proċess komuni għal persuni oħra li m’għandhomx il-kumplikazzjonijiet ta’ Bjorn.

Aktar kmieni
Bjorn Formosa, il-persuna li qed ibati mill-marda tal-ALS jinsab l-isptar. Fuq Facebook Bjorn kiteb li d-dħul tiegħu l-isptar ma kienx pjanat hekk kif f’daqqa waħda beda jħoss ħafna wġieħ.
Irriżulta li Bjorn għandu appendiċite u għalhekk hemm bżonn li ssirlu operazzjoni malajr. Bjorn qal li f’ċirkustanzi normali din l-operazzjoni hi proċedura normali madanakollu fil-każ tiegħu din tista’ tkun operazzjoni ta’ bejn ħajja u mewt. Il-messaġġ ta’ Bjorn spiċċa hekk: “Inħobbkom kollha”
Apparti minn hekk Bjorn kompla billi nsista li x-xogħol fuq id-dar residenzjali għall-persuni morda bl-ALS qiegħed għaddej ġmielu.
Min jixtieq jagħti donazzjoni lill-ALS jista’ jibgħat sms fuq 5061 8170 u jagħti €4.66 jew jidħol fuq www.alsmalta.org