Lokali

AĠĠORNATA: In-naha t’isfel ta’ Malta bla dawl; il-Port Ħieles għal xi ħin kien wieqaf

AĠĠORNATA: Aktar kmieni diversi partijiet tan-naha t’isfel ta’ Malta għamlu madwar siegħa bla dawl wara xi ħsarat fil-provista tal-elettriku.

Kawża ta’ dan il-Port Ħieles, fost ohrajn, għamel aktar minn 45 minuta wieqaf. Kien rappurtat li nqata’ d-dawl ukoll fl-isptar Mater Dei. L-aħħar li nqata’ d-dawl fl-isptar Mater Dei kien il-Ħamis 26 ta’ Jannar meta l-għada l-inkubatur tal-IVF fl-isptar Mater Dei nstab mitfi.