Il-Kap tal-PN Simon Busuttil meta kien qed jindirizza attivita’ politika fil-każin tal-PN f”Tal-Pieta’ li “Bi Gvern ġdid Nazzjonalista, l-Pulizija se tkun hemm għalik”.
Illum il-poplu Malti hu inkwetat u m’għandux serħan il-moħħ minħabba nuqqas ta’ sigurta’ f’pajjiżna. Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern jinvesti aktar fis-sigurta’ u fil-ġlieda kontra l-kriminalita’ u jagħti s-serħan il-moħħ lill-poplu li l-Gvern u l-Pulizija qegħdin hemm tassew għalih.
Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt attivita’ politika bit-tema, Nirnexxu Lkoll Flimkien li saret fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista f’Tal-Pieta’ u li ntemmet ftit tal-ħin ilu. Għal din l-attivita attendiet folla sabiħa u matulha tkellmu wkoll il-kandidati għall-elezzjoni ġenerali Angelo Micallef u Mary Grace Vella.
Fil-ftuħ tad-diskors tiegħu sellem u wera solidarjeta’ mal-poplu tar-Renju Unit li kien għadu għaddej mill-attakk terroristiku u saħaq dwar l-importanza tas-sigurtà.
Hu qal li jħoss li n-nies m’humiex komdi u mhux moħħhom mistrieħ bis-sigurta’ f’pajjiżna. Hu rrefera għall-każ ta’ persuna barranija li ħadet ritratt tat-tifel ta’ familja Maltija f’Tignè u kollox juri li n-nies huma inkwetati. Semma wkoll il-każi ta’ karozza bomba u staqsa għaliex ħadd m’hu jinqabad.
Simon Busuttil qal li wasal iż-żmien li jkun hemm Partit fil-Gvern li jħalli lill-Pulizija jagħmlu xogħlhom. Hu qal li l-PN iħoss li l-Kummissarju tal-Pulizija minflok imexxi l-korp biex iħares liċ-ċittadin qed iħares lill-Gvern. Fakkar li dan hu l-ħames Kummissarju tal-Pulizija f’erba’ snin.
Semma l-każ tat-traffikar tad-droga f’Għawdex fejn wara li saret laqgħa fil-Ministeru ta’ Għawdex li għaliha attendew żewġ politiċi għolja tal-Gvern u l-ġenituri ta’ dawk li nqabdu jitraffikaw, inbidel l-istatement u ma tkomplewx jittieħdu passi.
Ikkritika wkoll il-fatt li l-inkjesta li ordna li ssir il-Prim Ministru dwar dan il-każ hi mmexxija minn ex kandidat Laburista. Hu staqsa min jista’ jkun il-politiku li jidħol fil-Ministeru ta’ Għawdex u liema Ministru jmur bi skorta tal-Pulizija u qal li possibbli li l-Prim Ministru ma staqsiex lill-Ministri tiegħu min kien involut f’dan il-każ.
Hu qal li dan hu inkwetanti għax filwaqt li hu jgħin lill-vittmi tad-droga, il-Prim Ministru minflok jgħin lill-vittmi tad-droga, jiddefendi lil min jitraffika d-droga.
Fakkar li f’Kastilja hemm Konrad Mizzi u Keith Schembri li nqabdu li fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama u fihom kienu se jpoġġu miljun ewro fis-sena imma l-Pulizija ma investigawhomx.
Hu qal li malli l-PN ikun fil-Gvern jordna investigazzjoni fuq id-deals kollha ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri. Il-PN jara li jkun hemm Kummissarju serju li jmexxi l-Pulizija biex il-Pulizija tkun hemm għan-nies u l-Kummissajru jintagħzżel b’żewg terzi tal-Parlament.
//= $special ?>