Aġġornata b’filmat
Fir-reġistru elettorali hemm persuni b’żewġ voti, l-istess ismijiet qed jidhru b’aktar minn numru wiehed tal-karta tal-identià, tant li jekk issir elezzjoni għada, hemm nies li jistgħu jivvutaw darbtejn.
Żvela dan il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami fil-Parlament fejn iddikkjara li l-Partit Nazzjonalista mhux se jħalli lill-Partit Laburista jisraq l-elezzjoni bil-pjanijiet malinni tieghu.
Beppe Fenech Adami qal li b’dan li qed jigi zvelat, il-Gvern tabilħaqq sar theddida għad-demokrazija, u qed jieħu lill-pajjiż erbgħin sena lura. Qal li huwa ċar li l-Gvern ħoloq l-aġenzija Identity Malta u fiha poġġa nies viċini tiegħu biex iwettqu pjanijiet malinni bħal dawn.
Żied li di hija kriżi, sintomu ta’ korruzzjoni li qed therra lis-soċjetà. “Din hi xi tfisser li jkollok nies korrotti li jagħmlu minn kollox biex jibqgħu fil-poter” kompla jgħid il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Beppe Fenech Admi żied li dawn il-metodi korrotti jiżdiedu ma’ azzjonijiet malinni oħra, fosthom l-għoti tad-dritt tal-vot lil barranin li qatt ma kellhom jingħataw il-vot.
Waqt id-dibattitu Parlamentari dwar it-tibdil fid-distretti elettorali, Beppe Fenech Adami qal li sal-lum, il-Partit Laburista għadu ma rreġistrax. U dan minkejja li skont il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti, kull partit eżistenti mad-dħul ta’ din il-liġi, kellu sitt xhur ċans biex jirreġistra.
Beppe Fenech Adami zied li bil-mod kif il-Partit Laburista qed jikser il-liġi, jeżistu wkoll mistoqsijiet fuq l-elezzjoni tad-Deputat Clifton Grima, li kien elett fil-Parlament permezz ta’ bye-election waqt li l-Partit Laburista kien f’sitwazzjoni ta’ illegalità.
Dwar il-mod kif il-Partit Laburista għadu qed jirrifjuta li jirreġistra, Beppe Fenech Adami qal li hu ovvju li l-Partit Laburista qed jagħmel hekk għax ma jridx jippubblika l-lista tad-donazzjonijiet li rċieva. Kuntlarju għal dak li għamel il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>