Lokali

Il-Kap tal-PN fl-laqgħa mal-Parliamentarians for Diabetes Global Network

Simon Busuttil sostna li rridu pjan globali

Il-prevenzjoni fejn tidħol il-kundizzjoni tad-dijabete hi parti mill-formola biex nindirizzaw il-kundizzjoni fuq livell globali.

Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonnalista Simon Busuttil, hekk kif kellu laqgħa fl-uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali,mal-Parliamentarians for Diabetes Global Network.

Din il-global network hi programm li jaqa’ taħt it-tmexxija tal-Federazzjoni Internazzjonali għad-Dijabete u ġiet stabbilita’ f’Diċembru tal-2013, bil-Viċi President tagħha jkun il-Kap tal-PN Simon Busuttil. F’din il-global network hemm 55 membru parlamentari minn pajjiżi differenti.

Attendew għal din il-laqgħa, s-Segretarju Ġenerali tal-Global Network, Adrian Sanders, Sir Michael Hirst u Chris Delicata li hma Parliament Coacher għall-Global Network

Minn naħa tiegħu Simon Busuttil semma’ kif f’pajjiżna għandna kumitat parlamentari li jindirizza din il-kundizzjoni u li ħareġ wkoll bi strateġija nazzjonali. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li jinsab kuntent li f’dan il-kumitat ma jkunx hemm partiġjaniżmu u kulħadd jaħdem għal għan wieħed. Li jkun iffurmat dan il-kumitat kienet propju idea, tal-Kap Simon Busuttil.

Minn naħa tiegħu Sir Michael Hirst qal li jinsab kuntent li fl-2018 f’Malta se jkun organizzat il-forum tal-Parliamentarians for Diabetes Global Network.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm wkoll il-Viċi Kap tal-Partit għall-ħidma Parlamentari Mario De Marco, l-Whip Nazzjonalista David Agius u d-deputat Frederick Azzopardi.