Uffiċjali tad-Dipartiment għall-Protezzjoni tal-Annimali bħalissa għaddejjin b’ħidma biex jiġbru ammont ta’ annimali li qed jinżammu f’garaxx ta’ żona residenzjali fi Triq Xintill, f’Ħal Tarxien.
Jirriżulta li fl-aħħar jiem kienu diversi l-persuni li għamlu rapporti lil dan id-Dipartiment, kif ukoll lill-Kummissarju tal-Annimali, lill-Pulizija u lil NGOs li jaħdmu mal-annimali biex jilmentaw li dawn l-annimali qed jinżammu fil-ħmieġ. Saħansitra saru rapporti wkoll lid-Dipartiment tas-Sanità.
Mal-wasla tagħhom fil-post, l-uffiċjali tal-Animal Welfare talbu lill-anzjan biex jgħaddilhom il-klieb, li skont ir-rapporti li saru, rari jaraw id-dawl tax-xemx u jqattgħu jiem sħaħ jingħu fuq ġewwa.
Madankollu l-anzjan qed jirrifjuta li jrodd dawn l-annimali, tant li kellhom jissejħu l-Pulizija.

Jirriżulta li uffiċjali tad-Dipartiment għall-Protezzjoni tal-Annimali f’Novembru li għadda diġa marru f’dan il-garaxx u sabu ħafna ħmieġ u saħansitra serduk mejjet, huma taw ċans lir-raġel biex inaddaf il-garaxx, iżda wara diversi xhur is-sitwazzjoni baqgħet l-istess.
