Fi Brussell, il-kapitali Belġjana, illum qed isiru diversi ċerimonji solenni biex ifakkru l-attakki suwiċida ta’ sena ilu. Attakki mill-ISIS li fil-mira kellhom l-ajruport internazzjonali ta’ Zaventem kif ukoll stazzjon tal-metro fil-kapitali. Attakki li kienu ħallew 32 persuna mejta u mijiet midruba.
Iċ-ċerimonja ewlenija saret fl-ajruport ta’ Brussell u tmexxiet mir-Re Philippe tal-Belġju fil-preżenza tal-Prim Ministru Belġjan Charles Michel.
//= $special ?>