Lokali

L-MEP Therese Comodini Cachia tospita kunċert fi Strasburgu

L-Ewroparlamentari Therese Comodini Cachia ospitat il-kunċert annwali Friends of Music fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Għal dan il-kunċert ħadu sehem it-tenur Malti ta’ fama internazzjonali Joseph Calleja u l-pjanist Vincent Scalera. Il-kunċert kien organizzat mill-uffiċċju Ewropew tal-IFPI, l-organizzazzjoni internazzjonali li tirrappreżenta l-industrija.

Therese Comodini Cachia hija r-rapporteur tal-Parlament Ewropew għar-riforma tal-liġijiet tal-copyright. Hija qed tippromwovi aktar aċċess għall-mużika u l-kontenut diġitali għall-konsumaturi kif ukoll miżuri li jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-artisti fosthom kumpens xieraq għal min joħloq kontenut kreattiv. Dan sabiex tissaħħaħ l-industrija u aktar kontenut diġitali jasal għand iċ-ċittadini Ewropej.

 

Ritratt: Bartosch Salmanski