Lokali

Nhar is-Sibt se jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa tar-Rebbiegħa 2017

Il-qbid massimu għal kull kaċċatur huwa ta' 5 summieniet f'ġurnata u 10 summiniet fl-istaġun. Il-kwota nazzjonali hija ta' 5000 summiena.

Tliet t’ijiem oħra, propju nhar is-Sibt li ġej 25 ta’ Marzu se jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa tar-Rebbiegħa 2017.

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) ħabbret li l-istaġun se jibqa miftuħ sal-Ġimgħa 14 t’April. Il-Kaċċaturi se jkunu jistgħu jikkaċċjaw kuljum inkluż il-Ħdud u l-festi bejn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx u nofsinhar.

L-FKNK fakkret li l-kaċċaturi li għandhom dawn id-dokumenti għandhom iġorruhom kollha waqt il-ħinijiet tal-kaċċa flimkien ma’:

  • il-Liċenzja tal-pulizija għall-ġarr tal-arma;
  • il-Liċenzja Ġenerali, jiġifieri l-kard bir-ritratt;
  • il-Ktejjeb tal-kaċċa ttimbrat għas-sena 2017;
  • il-Mobajl ta’ liema numru ġie rreġistrat fl-applikazzjoni tal-liċenzja speċjali.

Il-federazzjoni qalet ukoll li jekk il-kaċċatur jew nassab jaqbad Summiena, hu għandu jirreġistrha mmedjatament billi jċempel fuq 7707 0009. Il-qbid massimu għal kull kaċċatur huwa ta’ 5 summieniet f’ġurnata u 10 summiniet fl-istaġun.  Il-kwota nazzjonali hija ta’ 5000 summiena.