Il-Pulizija mid-distrett tal-Belt Valletta qed jinvestigaw sejba tad-droga li għamlu f’ħanut tax-xorb fil-Marsa. Fil-post, instabu ammont ta’ pakketti tas-sigaretti, li moħbija fihom kien hemm sustanzi suspettati li huma raża u ħaxixa tal-kannabis. Instabu wkoll diversi oġġetti relatati mat-traffikar tal-istess sustanzi, fosthom miżien elettroniku.
Is-sejba saret dalgħodu għall-ħabta tal-11:30a.m. meta l-Pulizija kienu qed jagħmlu spezzjonijiet fil-ħanut f’Xatt il-Mollijiet.
Din kienet sejba oħra fl-aħħar ġimgħat mill-Pulizija f’dan l-istabbiliment.
Il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-Inkjesta li ġiet appuntata.
//= $special ?>