Internazzjonali Kurżitajiet

Tagħmel tajjeb jekk tħalli t-tieqa tal-kamra tas-sodda miftuħa bil-lejl

Tista’ tnaqqas iċ-ċans tal-obesità u d-dijabete tat-Tip 2.

Jekk tiftaħ it-tieqa tal-kamra tas-sodda, waqt li tkun rieqed/rieqda mal-lejl, tista’ tnaqqas iċ-ċans tal-obesità u d-dijabete tat-Tip 2. Dan ħareġ minn studju tal-Professur Ashley Grossman mill-Università ta’ Oxford.

Il-professur qal li l-arja kiesħa li jista’ jkun tidħol mit-tieqa tista’ tkun ta’ benefiċju għas-saħħa. Filfatt, skont ix-xjenza, jekk il-ġisem ikun f’temperaturi iktar kesħin jonqos iċ-ċans ta’ dijabete.

Esperti oħra jisħqu li jekk żżomm id-dar sħuna, il-ġisem ma jkunx qed jaħli enerġija biex iżomm lilu nnifsu sħun u għalhekk tkun qed tkabbar iċ-ċans li tiħxien.

Riċerka oħra, li ħarġet riċentament, turi wkoll li d-dijabete tista’ tkun qed tiżdied minħabba it-tibdil fil-klima, speċjalment is-sħana li qed tolqot lid-dinja f’dawn l-aħħar snin.