Futbol Sport

Wilmots kowċ tal-Kosta tal-Avorju

Wilmots

Dak li qabel kien il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-Belġju, Marc Wilmots inħatar bħala kowċ tat-tim Nazzjonali tal-Kosta tal-Avorju.

Wilmots li għandu 48 sena, mhux biss lagħab f’erba’ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja iżda bejn l-2012 u l-2016 wassal lill- Belġju għal fażi finali tal-2014.

Fi Frar li għadda, il-Kosta tal-Avorju fallew bis-sħiħ milli jkollhom suċċess fit-Tazza tan-nazzjonijiet Afrikani u l-ħatra ta’ Wilmots hija intiża biex it-tim ikun tajjeb biżżejjed biex jikkwalifika għal fażi finali tat-Tazza tad-Dinja.

Huwa ser jieħu post Michel Dussuyer li meta tneħħa, it-tim kien taħt it-tmexxija temporanja ta’ Ibrahim Kamara għal partiti ta’ ħbiberija kontra r-Russja u s-Senegal.

Fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni mal-Kosta tal-Avorju hemm ukoll il-Marokk u l-Gabon.