Sport

Abate staġun barra

Abate

Id-difensur ta’ Milan Ignazio Abate se jitlef il-kumplament tal-istaġun minħabba injury f’għajnejh. L-aħħar li lagħab kien fi Frar li għadda u issa se jmur l-Istati Uniti għal aktar testijiet.

Riżultat ta’ dan Abate mhux se jkun jista’ jkun mgħajjat mill-kowċ tal-Italja Ventura għal logħba ta’ tal-24 ta’ Marzu kontra l-Albanija.

Wieħed irid jara wkoll jekk Abate hux se jkun disponibbli biex jilgħab logħba oħra mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 kontra Liechtenstein fil-11 ta’ Ġunju.