Lokali Turiżmu

AIRMALTA: Qed nieħdu d-deċizjonijiet li hemm bżonn jittieħdu – Muscat

Joseph Muscat waqt attività politika tal-Gvern fiċ-Ċittadella t'Għawdex.

Ġimgħa wara li l-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewsi ammetta li l-AirMalta se jkollha tkeċċi l-ħaddiema, illum il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern qed jieħu d-deċizjonijiet li hemm bżonn jittieħdu. Muscat qal dan waqt li kien qed jindirizza attività politika tal-Gvern fiċ-Ċittadella t’Għawdex.

Meta kien qed jirrispondi mistoqsija dwar il-futur tal-AirMalta l-Prim Minsitru ftaħar li l-Gvern li jmexxi hu rnexxielu jara li l-pjan għall-AirMalta jimxi ‘l quddiem kemm jista’ jkun. Madanakollu fl-istess nifs Muscat wissa li se jkollhom jittieħdu jkomplu aktar deċizzjonijiet dwar l-Air Malta.

“Lesti li nieħdu d-deċizjonijiet” insista dan Muscat, ġimgħa biss wara li kien żvelat li l-AirMalta se tkun qed tkeċċi lill-ħaddiema.

Il-pjan ta’ ristrutturar imħejji minn Gvern preċidenti kien qed jirnexxi, sakemm kien elett Gvern Laburista u fiż-żmien erba’ snin reġgħat qabdet it-triq tan-nieżla. L-aħbar li se jkollhom jitkeċċew il-ħaddiema saret wara li Gvern falla n-negozjati mal-Alitalia.