Futbol Sport

Attard minflok Pisani

(Ritratt – Paul Zammit Cutajar)

Id-difensur ta’ Birkirkara Cain Attard se jkun qed jieħu post id-difensur ta’ Floriana Jurgen Pisani mat-tim nazzjonali Malti li bħalissa qed iħejji għal logħba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 kontra s-Slovakkja.

Minbarra Pisani weġġa’ Rowen Muscat u s’issa l-kowċ Pietro Ghedin għadu ma sejjaħ l-ebda plejer biex jimla l-post vakant li ħalla l-plejer ta’ Valletta.

Wara erba’ konfronti Malta s’issa ma ġabru l-ebda punt u skurjaw biss darba u jinsabu fl-aħħar postta’ Grupp F.

Minn naħa tagħhom is-Slovakkja jinsabu fit-tielet post tal-grupp b’sitt punti, erbgħa inqas mill-Ingliżi li qegħdin jokkupaw l-ewwel post tal-grupp